AD dwar l-inkjesta Egrant

Fi stqarrija wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja, ċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo qal li minn dak magħruf s’issa dwar il-konklużjonijiet tar-rapport tal-inkjesta dwar Egrant joħorġu numru ta’ riflessjonijiet u konklużjonijiet ċari.

Cacopardo qal:”Il-konklużjoni ewlenija hi li l-korruzzjoni mhux faċli li tippruvaha. Li jkollok suspetti wieħed jifhimha imma li tkun kapaċi tipprova dawk is-suspetti, dik ħaġa oħra. Kien għalhekk li aħna ta’ Alternattiva Demokratika qagħdna lura meta bdew ħerġin l-allegazzjonijiet bl-addoċċ ‘left, right and centre’. Kien għalhekk li ma ipparteċipajnhiex f’dimostrazzjonijiet “kontra l-korruzzjoni”, mhux għax aħna m’aħniex ukoll kontra l-korruzzjoni imma għax safejn kien magħruf ma kien hemm l-ebda prova magħrufa dwar l-allegazzjoni ewlenija u ċioe li l-Egrant kienet tal-familja Muscat.”

“Min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ dokumenti falsifikati hi materja gravi li teħtieġ investigazzjoni iktar profonda biex isir magħruf min kien warajhom u li dan jew din jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa ta’ għemilu. Waħda mill-konsegwenzi ta’ dan ir-rapport ta’ inkjesta hi li issa sfortunatament hemm il-periklu li r-riżultat tal-inkjesta jintuża biex jiġġustifikaw affarijiet oħra li dwarhom ma ittieħdux passi, speċifikament dawk dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dan hu l-agħar ħaġa li tista’ tiġri, imma diġa qed tinħass.”

“Fl-aħħarnett nemfasizza dak li diġà għidt ‘il-bieraħ* li r-rapport tal-inkjesta għandu jkun ippubblikat fit-totalità tiegħu.”

* carmelcacopardo.wordpress.com/2018/07/21/egrant-ta-min-hi/

***

AD about the Egrant inquiry

Following the publication of the conclusions of the magisterial inquiry led by Magistrate Aaron Bugeja, Alternattiva Demokratika – The Green Party Chairperson Carmel Cacopardo said that the conclusions of the magisterial inquiry on Egrant now make it possible to communicate his and the party’s reactions about the Egrant case.

“The main point is that it is never an easy matter to prove the existence of corruption. One fully understands that people may have various suspicions, but to be in a position to prove such suspicions is a completely different matter. It is for this reason that Alternattiva Demokratika was cautious when allegations were bandied around left, right and centre. It was also for this reason that we never participated in demonstrations “against corruption”. We are against corruption as much as any reasonable person is. As far as could be ascertained at the time no proof existed on the main allegation, that is on whether the Muscat family has any share in ownership of Egrant.”

“On the other hand the fact that the whole story was based on counterfeited documents is an extremely serious matter which should be further investigated. If possible the counterfeiters should be identified and brought to justice.”

“One of the direct consequences of this inquiry is that its conclusions will be used to whitewash over other matters in respect of which no action has been taken, in particular in respect of Konrad Mizzi and Keith Schembri. This is the worst possible consequence but, unfortunately, it is already in hand.”

“Finally I emphasise what I have already stated yesterday*, that the inquiry report should be published completely.”

* carmelcacopardo.wordpress.com/2018/07/21/egrant-ta-min-hi/

FacebookEmail