AD tipprezenta manifest ta' prijoritajiet ghall-elezzjoni 2008

Ic-Chairperson ta' AD Dr. Harry Vassallo illum ipprezenta l-prijoritajiet tal-partit ghall-elezzjoni generali ta' din is-sena (2008) lill-istampa lokali.
Dr. Vassallo qal li kull diskussjoni ma' partiti ohra dwar gvern ta' koalizzjoni ma' AD tkun ibbazata fuq dawn il-prijoritajiet. Qal li AD ghandha diversi proposti fil-firxa kollha ta' l-issues li jolqtu lill-pajjiz u li kull dokument u stqarrija ta' politika mill-AD jibqghu jghoddu. Qal li l-prijoritajiet li qed jipprezenta lill-istampa illum huma fost l-aktar issues li AD thoss li ghandhom jigu iffaccjati b'urgenza.
Il-prijoritajiet imsemmija fil-manifest huma: l-ambjent, id-djar, it-trasport, il-familja, l-ekonomija u d-demokrazija u drittijiet.
Il-Manifest 'Bil-vot tieghek... il-bidla' [PDF]
Ritratti: www.flickr.com/photos/alternattiva
(Dokumenti ta' politika ohrajn tista' tarahom hawn)
|