Rapport dwar l-elezzjoni 2008

Wara li gie prezentat lill-Ezekuttiv tal-partit nhar l-Erbgha 4 ta’ Gunju, b’decizjoni ta’ l-istess Ezekuttiv qed nippubblikaw ir-rapport dwar l-Elezzjoni Generali 2008. Ir-rapport thejja minn Kummissjoni mahtura mill-Ezekuttiv ta’ AD fit-18 ta’ Marzu 2008. Il-Kummissjoni kienet komposta minn Carmel Cacopardo (Chairperson tal-Kummissjoni), Dr. Claire Bonello u s-Sur Kurt Sansone.

 

F’isem l-AD nixtieq nirringrazzja lill-Kummissjoni tax-xoghol taghhom u lil kull min ikkontribwixxa l-opinjonijiet tieghu biex isir ir-rapport. Dan ir-rapport ghandu jservi ta’ bazi tajba ta' diskussjoni biex tisahhah, tizdied l-effettivita’ tal-partit u biex nippreparaw ghall-isfidi li jmiss.

 

Il-membri ta’ AD ghandhom l-opportunita li jghaddu l-kummenti taghhom dwar ir-rapport waqt il-laqgha generali straordinarja ta’ nhar is-Sibt 14 ta’ Gunju, mid-9am, fil-Lukanda Waterfront, il-Gzira.

 

 

Victor Galea

Segretarju Generali

Alternattiva Demokratika – The Green Party

07/06/2008

 

 

 

Download AD Election Report < PDF>