Solidarjeta’ ma’ min jagħmel xogħolu biex it-toroq ikunu siguri

“Alternattiva Demokratika tesprimi solidarjeta’ sħiħa mal-pulizija li jissuġraw ħajjithom il-ħin kollu biex jipproteġuna, lilna u lill-familji tagħna”. Dan qalu d-Deputat Chairperson ta’ AD, Mario Mallia.

Mario Mallia qal li qed jingħaqad mal-mixja ta’ solidarjeta’ tal-lum ma’ attivisti oħra ta’ Alternattiva Demokratika. “F’dan il-waqt AD tixtieq tesprimi s-solidarjeta’ sħiħa mal-pulizija li l-ġimgħa li għaddiet ġie aggredit vjolentament waqt li kien qiegħed jissorvelja t-toroq tagħna biex jisgura li jkunu aktar siguri.”

“Wieħed mill-irwoli tal-pulizija huwa li jevitaw perikli u sewqan perikoluż fit-toroq tagħna. Huwa ta’ għajb li min jipproteġi lis-soċjeta’ jisfa attakkat b’dan il-mod brutali.”

***

PR19/05/2018 Solidarity with those who make our roads safer

“Alternattiva Demokratika  – The Green Party expresses its solidarity with police who constantly risk their lives to protect us and our families”, said AD Deputy Chairperson, Mario Mallia.

Mario Mallia said that he and other AD activists are joining the solidarity march in Valletta. “Today AD would like to express its solidarity with the policeman who was attacked violently last week while on duty, making sure that our roads are safe.”

“One of the roles of the police force is to prevent dangerous driving, a huge problem on our roads. It is totally unacceptable that those who seek to protect us and make our roads safer are attacked so brutally.”
FacebookEmail